8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/55
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2017 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO – Pink Lady America (WILD PINK)
(Kawża T-164/17)
(2017/C 144/75)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple and Pear Australia Ltd (Victoria, l-Awstralja), Star Fruits Diffusion (Caderousse, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pink Lady America (Yakima, Washington, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “WILD PINK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 701 216
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 87/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-drittijiet tad-difiża;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 296 TFUE,
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u/jew tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy