8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/56
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2017 – RV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/17)
(2017/C 144/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RV (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. De Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ HR, tal-21 ta’ Diċembru 2016, li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c(5) tar-Regolamenti tal-Persunal u li mill-1 ta’ April 2017 tqiegħdu ex officio fuq pensjoni;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tal-illegalità ta’ delega mingħajr restrizzjonijiet tas-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija tallega wkoll ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn dan jikser il-premessi tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013 L 287, p. 15) u, b’mod partikolari l-possibbiltà li uffiċjal jaħdem faċilment sa 67 sena, jew, eċċezzjonalment, sa 70 sena.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ dmir ta’ premura. Huwa wkoll ibbażat fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy