15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/40
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2017 – CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/17)
(2017/C 151/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Schuster, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 249 finali, tat-13 ta’ Jannar 2017, dwar it-talba konfermattiva għal aċċess għall-fajl imressqa mir-rikorrenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, minħabba b’mod partikolari nuqqas ta’ motivazzjoni
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-liġi tat-Trattati
Ir-rikorrenti ssostni li l-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 applikati mill-Kummissjoni huma illegali għaliex huma f’kontradizzjoni mad-dritt primarju ta’ livell ogħla, b’mod partikolari mal-Artikoli 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, is-supremazija ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju ta’ livell ogħla fuq dan id-dritt sekondarju kunfliġġenti tgħodd ukoll taħt id-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li, anki għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma kellhiex tapplika l-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).