8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/57
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2017 – M & K vs EUIPO – Genfoot (KIMIKA)
(Kawża T-171/17)
(2017/C 144/77)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: M & K Srl (Prato, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Genfoot, Inc. (Montreal, Québec, il-Kanada)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “KIMIKA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 233 391
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1206/2016-4
Talbiet
—
tirrikonoxxi u tiddikjara li r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti huwa ammissibbli u fondat; u konsegwentement
—
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata;
—
tibgħat il-kawża lura quddiem il-EUIPO sabiex ibiddel id-deċiżjoni u għalhekk jipprovdi għal reġistrazzjoni definittiva tat-trade mark tal-UE Nru 13 233 391 anki fil-klassijiet kkontestati;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tat-tliet proċedimenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta evalwa li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.
Full & Egal Universal Law Academy