8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/58
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2017 – Sequel Naturals vs EUIPO – Fernandes (VeGa one)
(Kawża T-176/17)
(2017/C 144/78)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sequel Naturals ULC (Port Coquilam, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentant: H. Lindström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carlos Fernandes (Gross-Umstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “VeGa one” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 649 612
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 2466/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy