8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/59
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2017 – Laboratoire Nuxe vs EUIPO – Camille u Tariot (NYOUX)
(Kawża T-179/17)
(2017/C 144/80)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm u J. Roux, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elisabeth Camille (Alicante, Spanja), Jean Yves Tariot (Alicante, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “NYOUX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 931 739
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 718/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy