22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/32
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – Novartis vs EUIPO – Chiesi Farmaceutici (AKANTO)
(Kawża T-182/17)
(2017/C 161/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Junquera Lara, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chiesi Farmaceutici SpA (Parma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “AKANTO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 289 781
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-09/01/2017 fil-Każ R 0531/2016-1
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix is-sinjal inkwistjoni (trade mark Ewropea Nru 13 289 781) fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 5 deskritti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.