22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/33
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Leifheit vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ kwadri ħodor)
(Kawża T-184/17)
(2017/C 161/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u P. Schneider, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ kwadri ħodor) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 781 819
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1115/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.