22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/34
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – PlasticsEurope vs ECHA
(Kawża T-185/17)
(2017/C 161/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u F. Mattioli, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA, ippubblikata fit-12 ta’ Jannar 2017, li tinkludi l-Bisphénol A fil-lista tas-sustanzi kandidati inkwantu sustanza ta’ tħassib serju ħafna, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament REACH;
—
tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż, u
—
tieħu kull miżura oħra li titlob il-liġi.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH.
—
Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (ĠU 2006 L 396, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) sa fejn l-użi intermedji huma eżenti mit-Titolu VII kollu, skont l-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH u ma jaqgħu la taħt l-Artikoli 57 u 59, u lanqas taħt l-awtorizzazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
—
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn l-inklużjoni ta’ użu intermedji fil-lista tas-sustanzi kandidati teċċedi l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan segwit u ma hijiex il-miżura l-inqas oneruża li setgħet tirrikorri għaliha l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li hija kellha fid-dispożizzjoni tagħha u li kienet turi l-użi ta’ BPA bħala sustanza intermedja.
—
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni magħmula disponibbli fil-fajl Anness XV għal BPA skont ir-Regolament REACH.
Full & Egal Universal Law Academy