22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/34
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2017 – Unipreus vs EUIPO – Wallapop (wallapop)
(Kawża T-186/17)
(2017/C 161/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Unipreus SL (Lleida, Spanja) (rappreżentant: C. Rivadulla Oliva, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wallapop, SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “wallapop” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 268 941
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2017 fil-Każijiet R 2350/2015-5 u R 2530/2015-5
Talbiet
—
tagħti sentenza li timmodifika d-deċiżjoni kkontestata, billi tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “wallapop” (Nru 13 268 941) għas-segwenti servizzi fil-klassi 35: “Servizzi ta’ bejgħ on line, jiġifieri l-użu tas-swieq on line minn bejjiegħa u xerrejja ta’ prodotti u servizzi; Servizzi ta’ tranżazzjonijiet on line fejn il-bejjiegħa juru prodotti jew servizzi għall-bejgħ jew irkant permezz tal-internet bil-għan li jiġi ffaċilitat il-bejgħ ta’ prodotti u servizzi minn terzi fuq netwerk tal-informatika; Faċilitazzjoni tal-kummentarji u ta’ klassifikazzjonijiet dwar prodotti u servizzi ta’ bejjiegħa, il-valur u l-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi ta’ bejjiegħa, il-prestazzjoni tax-xerrejja u tal-bejjiegħa, il-kunsinna, u l-esperjenza kummerċjali globali konnessa; Provvista ta’ gwida pubbliċitarja aċċessibbli on line li tipproponi prodotti u servizzi ta’ fornituri on line; Provvista ta’ bażi tad-data ta’ evalwazzjoni aċċessibbli on line għax-xerrejja u l-bejjiegħa; Servizzi ta’ studji tal-marketing; Servizzi ta’ riċerka, provvista ta’ rapporti, pariri u konsulenzi fil-qasam tal-aġir tas-suq; Servizzi ta’ provvista ta’ informazzjoni kummerċjali inkonnessjoni ma’ prodotti u/jew servizzi, evalwazzjoni u klassifikazzjoni ta’ dan it-tip ta’ prodotti u servizzi, kif ukoll ta’ xerrejja u bejjiegħa ta’ dan it-tip ta’ prodotti u/jew servizzi; Servizzi ta’ riċerka, ġbir, sistemar, ipproċessar u provvista ta’ informazzjoni kummerċjali għal terzi”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009. F’dan ir-rigward, huwa kkonfermat li, fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma interpretax b’mod korrett dan l-artikolu inkonnessjoni mas-servizzi kunfliġġenti fit-trade marks WALA u WALLAPOP, fid-dawl tal-kriterji interpretattivi li jirriżultaw mis-sentenza tad-29 ta’ Settembru 1998, Canon (C-39/97, EU:C:1998:442).