22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/35
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner)
(Kawża T-187/17)
(2017/C 161/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bernard Krone Holding SE & Co. KG (Spelle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weeg u K. Lüken, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Mega Liner” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 473 094
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 442/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad l-appell;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.