6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/27
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – Boehringer Ingelheim International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-191/17)
(2017/C 178/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017)379 (final) tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017;
—
tiddikjara li l-effetti ta’ din d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm tiġi adottata deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017 tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/83/KE u mal-avviż lill-applikanti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017 tmur kontra l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet u tal-linji gwida rilevanti u l-prassi regolatorja f’każijiet oħra u tikkostitwixxi għalhekk ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy