15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/44
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Lewn ta’ roża)
(Kawża T-195/17)
(2017/C 151/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CeramTec (Plochingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u E. Nicolás Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C5 Medical Werks (Grand Junction, Colorado, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva ta’ kulur bir-roża – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 214 195
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 930/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra f’dawn il-proċedimenti, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 59 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy