6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/29
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2017 – SB vs EUIPO
(Kawża T-200/17)
(2017/C 178/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SB (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet irrifjutata t-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha u kif ukoll id-deċiżjoni ta’ ċaħda tad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2016 tal-ilment tar-rikorrenti tal-1 ta’ Settembru 2016;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolamenti tal-Persunal u l-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea bħala riżultat tal-applikazzjoni tar-regoli interni tal-konvenut li jġibu ndaqs l-uffiċjali u l-membri tal-persunal temporanju b’kuntratti għal żmien indeterminat. Barra minn hekk, billi jiddifferenzja bejn membri tal-persunal temporanju b’kuntratti għal żmien determinat u membri tal-persunal temporanju b’kuntratti konklużi għal żmien indeterminat, il-konvenut jikser ir-Regolamenti tal-Persunal u, f’dan il-każ partikolari, il-prinċipju ta’ trattament ugwali.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni illegali kontradittorja u insuffiċjenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tad-dmir ta’ premura dovuta lill-persunal.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età bħala riżultat tal-applikazzjoni mill-konvenut ta’ politika tal-persunal intiża sabiex tnaqqas l-età medja tal-popolazzjoni tal-persunal.
Full & Egal Universal Law Academy