29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/31
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP)
(Kawża T-208/17)
(2017/C 168/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Senetic S.A. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HP Hewlett Packard Group LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-ittri “HP” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 52 449
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1002/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien tal-Artikolu 7, tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy