29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/32
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – ZGS vs EUIPO (Schülerhilfe1)
(Kawża T-209/17)
(2017/C 168/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ZGS Bildungs-GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Remmerbach, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Schülerhilfe1” – Applikazzjoni Nru 15 113 038
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1789/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għall-ispejjeż ta’ ZGB Bildungs-GmbH.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy