3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/31
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – Amplexor Luxembourg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-211/17)
(2017/C 213/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Amplexor Luxembourg Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tirċievi dan ir-rikors fil-forma;
—
fil-mertu tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2017 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;
—
għaldaqstant tannulla s-sejħa għall-offerti Nru 10651;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-istanzi;
—
tirriżerva lir-rikorrenti id-drittijiet, il-motivi u l-azzjonijiet kollha l-oħra.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors isemmi l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2017 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tpoġġi lir-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni tas-sejħa tal-offerti Nru AO 10651 – Trattament ta’ opinjonijiet bl-għan tal-pubblikazzjoni tagħhom fis-“Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (ĠU S) (ĠU 2016/S 143-258115).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi offra lill-offerenti li ma kinux il-parti kontraenti tal-Uffiċċju fil-mument tal-offerta, il-possibbiltà li jibbenefikaw minn allokazzjoni ikbar għall-finanzjament tal-ispejjeż inklużi, kiser manifestament il-prinċipju ta’ ugwaljanza. L-opinjoni tar-rikorrenti, tali mod li bih wieħed jipproċedi, minbarra l-fatt li huwa serjament diskriminatorju, jikser serjament ir-raison d’être u l-istess bażijiet tal-proċeduri tal-kuntratt pubbliku.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.
Full & Egal Universal Law Academy