29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/33
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK)
(Kawża T-213/17)
(2017/C 168/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Romantik Hotels & Restaurants AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hofmann u W. Göpfert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Preidlhof GmbH (Naturno, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “ROMANTIK” –Trade mark tal-Unjoni Nru 2 527 109
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1257/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonferma l-invalidità tat-trade mark verbali tal-Unjoni Nru 2 527 109“ROMANTIK”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy