6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/29
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – Out of the blue vs EUIPO – Dubois and MFunds USA (FUNNY BANDS)
(Kawża T-214/17)
(2017/C 178/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u A. Zarm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frédéric Dubois (Lasne, il-Belġju) u MFunds USA LLC (Miami Beach, Florida, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FUNNY BANDS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 350 794
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Jannar 2017, fil-Każ R 1081/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 009 350 794“FUNNY BANDS” hija invalida skont l-Artikoli 52(1)(a), 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tiegħu stess u l-ispejjeż tar-rikorrenti;
—
fil-każ li l-proprjetarji tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea jidħlu f’dawn il-proċedimenti bħala intervenjenti, tikkundannahom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy