29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/33
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Pear Technologies vs EUIPO – Apple (PEAR)
(Kawża T-215/17)
(2017/C 168/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pear Technologies Ltd (Macau, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Coldham, Solicitor u E. Himsworth, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “PEAR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 115 076
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18/01/2017 fil-Każ R 860/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew
—
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami mill-ġdid;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż, inklużi għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy