26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/20
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – FVE Holýšov I et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-217/17)
(2017/C 202/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FVE Holýšov I s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) u 27 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Reuter, H. Wendt, C. Bürger, T. Christner, W. Schumacher, A. Compes u T. Herbold, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara nulla d-Deċiżjoni tal-konvenuta C (2016) 7827 finali, tat-28 ta’ Novembru 2016, Għajnuna mill-Istat SA.40171 Istat (2015/NN) (1), dwar il-promozzjoni ta’ produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Ċeka; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, li jallega li bl-ittra tagħha ta’ Lulju 2004 lill-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti il-konvenuta kienet diġà ddeċidiet li l-iskema ta’ promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tar-Repubblika Ċeka ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, u l-konvenuta hija, bħala punt ta’ liġi, marbuta b’din id-deċiżjoni, li hija ma rrevokatx u ma tistax tirrevoka.
2.
It-tieni motiv, li jallega ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u ċ-ċertezza tal-liġi.
3.
It-tielet motiv, li jallega li l-iskema ta’ promozzjoni rilevanti Ċeka ma tikostitwixxix għajnuna mill-Istat.
4.
Ir-raba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata iġġiegħel lir-Repubblika Ċeka sabiex timplementa mekkaniżmu ta’ reviżjoni eċċessiv li jikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti fl-affiddabbiltà tal-iskema.
5.
Il-ħames motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt peress li tgħid li hemm obbligu għall-operaturi tal-grilja sabiex jgħaddi l-ispiża tal-enerġija rinnovabbli lill-konsumaturi tal-enerġija. Ma kien hemm ebda obbligu bħal dan taħt il-liġi Ċeka.
6.
Is-sitt motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 5(1) tat-Trattat UE (limitazzjoni tal-kompetenzi mill-prinċipju ta’ konferiment).
7.
Is-seba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
(1) ĠU C 69, 2017, p. 2.
Full & Egal Universal Law Academy