6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/30
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament
(Kawża T-218/17)
(2017/C 178/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
Konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju 2016, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti tal-11 ta’ Diċembru 2014;
—
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Jannar 2017, irċevuta fil-11 janvier 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-6 ta’ Settembru 2016;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 90 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tad-dritt ta’ smigħ u fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji proċedurali ta’ natura li jivvizzjaw d-deċiżjoni kkontestata u fuq il-parzjalità tal-proċedura sigwita mill-Kumitat.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq obbligu tal-obbligu ta’ assistenza u tad-dmir ta’ premura u fuq ksur tal-Artikoli 12a u 24 tar-Reogalmenti tal-Persunal.
Full & Egal Universal Law Academy