6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/31
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 – M J Quinlan & Associates vs EUIPO – Intersnack Group (Forma ta’ kangaroo)
(Kawża T-219/17)
(2017/C 178/45)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: M J Quinlan & Associates Pty Ltd (Hope Island, Queensland, l-Awstralja) (rappreżentanti: M. Freiherr von Welser u A. Bender, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ kangaroo) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 342
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 218/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
torganizza seduta għas-smigħ tas-sottomissjonijiet orali, sabiex tiżgura b’mod sħiħ id-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a), flimkien mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a), flimkien mal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy