24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/47
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2017 – Mémora Servicios Funerarios vs EUIPO – Chatenoud (MEMORAME)
(Kawża T-221/17)
(2017/C 239/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mémora Servicios Funerarios SLU (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: C. Marí Aguilar u J. Gallego Jiménez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Georges Chatenoud (Thiviers, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MEMORAME” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 929 071
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1308/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12929071 “MEMORAME” ġiet parzjalment milqugħa u, konsegwentement, tiċħad l-applikazzjoni fit-totalità tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) u (3) tar-regolament.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Ir-rikorrenti tenfasizza li l-Bord tal-Appell tal-EUIPO ma ħax debitament inkunsiderazzjoni l-livell għoli ta’ għarfien li t-trade mark preċedenti tiegħu “MEMORA” tgawdi minnu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy