26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/21
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Adapta Color vs EUIPO – Coatings Foreign IP (ADAPTA POWDER COATINGS)
(Kawża T-223/17)
(2017/C 202/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “ADAPTA POWDER COATINGS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 383 015
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2522/2015-5
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors fit-totalità tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, kemm għall-ispejjeż ta’ din il-kawża kif ukoll għall dawk sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ appell quddiem il-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tal-Artikolu 7(3), tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur ta’ prinċipji fundamentali u proċedurali bażiċi, bħall-oneru tal-prova, il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, id-dritt tad-difiża jew għal smigħ, il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy