26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/22
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Adapta Colour vs EUIPO – Coatings Foreign IP (Bio proof ADAPTA)
(Kawża T-224/17)
(2017/C 202/37)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Bio proof ADAPTA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 368 239
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2521/2015-5
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata
—
tikkundanna lill-konvenut, u, skont il-każ, lill-intervenjenti, sabiex ibatu l-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ appell quddiem il-EUIPO.
Motiv invokat
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-223/17.
Full & Egal Universal Law Academy