26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/23
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Adapta Color vs EUIPO – Coatings Foreign IP (Bio proof ADAPTA)
(Kawża T-225/17)
(2017/C 202/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Bio proof ADAPTA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 582 599
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 311/2016-5
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors fit-totalità tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, kemm għall-ispejjeż ta’ din il-kawża kif ukoll għall dawk sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ appell quddiem il-EUIPO.
Motivi invokati
—
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-223/17.
Full & Egal Universal Law Academy