6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/32
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Rstudio vs EUIPO – Embarcadero Technologies (RSTUDIO)
(Kawża T-230/17)
(2017/C 178/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rstudio, Inc. (Boston, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u G. Smith, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Embarcadero Technologies, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea għat-trade mark “RSTUDIO” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 999 644
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 493/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża u l-ispejjeż hawn taħt; sussidjarjament, jekk l-intervenjenti potenzjali fil-fatt tintervjeni, tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti in solidum għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura u l-ispejjeż hawn isfel.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod xieraq il-prodotti li għalihom ġiet prodotta prova ta’ użu u, għalhekk, naqas milli jqabbel korrettement il-prodotti.
—
Il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod korrett il-xebh tal-prodotti rilevanti u x-xebh tat-trade marks rilevanti u, għaldaqstant, ma evalwax korrettament l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy