3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/32
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-233/17)
(2017/C 213/44)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 766, tal-14 ta’ Jannar 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament in-nefqa ddikjarata mill-Portugall taħt it-titolu tal-“POSEI – Sistema Speċifika ta’ Provvista” (EUR 1 288 044,79”), u “ħlas dirett marbut mal-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010” (EUR 830 326,12);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU 2008, L 322M, p. 162), fir-rigward mar-rekwiżiti sostantivi tal-komunikazzjoni formali prevista f’din id-dispożizzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, tat-30 ta’ Jannar 2006, li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (ĠU 2006, L 270M, p. 182).
Full & Egal Universal Law Academy