19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/38
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Siberian Vodka vs EUIPO – Friedr. Schwarze (DIAMOND ICE)
(Kawża T-234/17)
(2017/C 195/51)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Siberian Vodka AG (Herisau, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Friedr. Schwarze GmbH & Co. KG (Oelde, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “DIAMOND ICE” li tindika lill-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 211 695
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1171/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1171/2016-4;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy