19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/39
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Dometic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY)
(Kawża T-235/17)
(2017/C 195/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dometic Sweden AB (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Humphreys, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MOBILE LIVING MADE EASY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 952 592
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1832/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-oġġetti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, sa fejn ikkonfermat id-deċiżjoni;
—
tannulla l-eżami tal-EUIPO tal-10 ta’ Awwissu 2016 dwar il-kwistjoni jekk l-applikazzjoni tistax tiġi rreġistrata;
—
tibgħat il-kawża lura quddiem l-EUIPO sabiex jemenda d-deċiżjoni tiegħu;
—
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 75 u 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy