10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/30
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2017 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawża T-236/17)
(2017/C 221/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Balti Gaas OÜ (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: E. Tamm u L. Naaber-Kivisoo, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuti tas-17 ta’ Frar 2017 Ref Ares(2017)890302 (1);
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti ma żgurawx li l-proċeduri li ġew segwiti fl-għoti ta’ sussidji kienu konformi mal-prinċipji ta’ legalità, ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba u tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ eżattezza materjali tal-motivazzjoni.
(1) Deċiżjoni meħuda fir-rigward tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)1587 final, tas-17 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)2080 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.
Full & Egal Universal Law Academy