17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/28
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – SC vs Eulex Kosovo
(Kawża T-242/17)
(2017/C 231/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SC (rappreżentanti: L. Moro, avukat u A. Kunst, avukat)
Konvenuta: Eulex Kosovo
Talbiet
—
tiddikkjara li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali tagħha fil-konfront tar-rikorrenti;
—
tiddikkjara li l-kompetizzjoni interna tal-2016 kienet illegali u għalhekk il-kuntratt tar-rikorrenti ma ġiex irrinovat b’mod illegali;
—
tordna li r-rikorrenti tingħata kumpens għat-telf li sostniet minħabba n-nuqqas ta’ tiġdid illegali tal-kuntratt tagħha fl-ammont ta’ 19-il xahar salajru gross kif ukoll l-aġġustamenti ta’ allowance ta’ kull jum u żidiet fis-salarju skont ir-“Remuenerazzjoni tal-Membri tal-Persunal internazzjonali b’kuntratt” u “Livell indikattiv tal-allowances”;
—
tordna li r-rikorrenti tingħata kumpens għad-danni morali li sosntiet bħala konsegwenza tal-atti u d-deċiżjonijiet illegali tal-konvenuta;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-paragrafi 4 u 6 tal-Programm Operattiv Standard dwar konfigurazzjoni mill-ġdid (POS), li jelenkaw, rispettivament, il-prinċipji u r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Kap tar-Riżorsi Umani (KRU), u tal-paragrafi 5 (Prinċipji) u 7 (Għażliet), b’mod partikolari l-paragrafi 7.1(a) u (b), 7.2(c), (f) u (k) u 7.3(c) tal-POS dwar għażla tal-membri tal-perusnal (ksur ta’ natura kuntrattwali).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-paragrafi 7.2(f) u 7.3(c) tal-POS dwar għażla tal-membri tal-persunal u tal-Artikolu 3.2 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-konvenuta, tal-prinċipji kuntrattwali ta’ ekwità u ta’ bona fide (ksur ta’ natura kuntrattwali) u tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ksur ta’ natura mhux kuntrattwali).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u xierqa (Artikolu 31 tal-Karta), tal-Memorandum ta’ Deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 (Proposta għall-introduzzjoni ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ sewqan) u r-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet tal-2014, kif ukoll tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u xierqa (Artikolu 31 tal-Karta).
Full & Egal Universal Law Academy