3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/33
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – ViaSat vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-245/17)
(2017/C 213/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ViaSat, Inc. (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Righini, J. Ruiz Calzado, u A. Aresu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata l-ammissibbiltà tar-rikors;
—
tikkonstata in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, b’applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE;
—
sussidjarjament, tannulla jew fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissemma fl-ittri tagħha mibgħuta lir-rikorrent datati 14 u 21 ta’ Frar 2017, b’applikazzjoni tat-tieni sar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, TFUE;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, huwa invokat insostenn tal-kap ta’ talbiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tadotta deċiżjoni sabiex tipprevjeni l-użu ulterjuri tal-banda ta’ frekwenza ta’ 2 GHz.
—
Il-Kummissjoni, illegalment, naqset milli tiddeċiedi li l-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (“MSS”) fuq network prinċipalment terrestri kien jikkostitwixxi tibdil fundamntali tal-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz li hija armonizzata u hija suġġetta għal sejħa għall-offerti fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ proċedura ta’ għażla tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kellha d-dmir li tieħu r-responsabbiltajiet tagħha u li taġixxi sabiex tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jawtorizzaw lil Inmarsat sabiex tuża l-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz prinċipalment għas-servizzi mill-ajru għall-art minflok l-MSS, konformement mad-deċiżjonijiet MSS tal-Unjoni.
2.
It-tieni motiv, invokat insostenn tal-kap ta’ talbiet għal nuqqas ta’ azzjoni, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx miżuri sabiex tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern.
—
Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li teżerċita l-poteri tagħha sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq intern tal-MSS pan-Ewropej li jiżguraw konnettività universali, li jista’ jiġi kkawżat jekk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (“ANR”) jiddeċiedu — min-naħa tagħhom — li jawtorizza kumpannija partikolari sabiex tuża l-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għal għan ġdid. Fil-fatt, in-nuqqas li jiġi sodisfatt dan l-obbligu, b’risposta għall-ittra tar-rikorrenti u għal żewġ talbiet ta’ struzzjonijiet mill-ARN, kabbar ir-riskju li ċerti Stati Membri jawtorizzaw l-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għal għanijiet oħra.
3.
It-tielet motiv, invokat sussidjarjament insostenn tat-talbiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni, huwa bbażat fuq żbalji ta’ interpretazzjoni.
—
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tissemma fl-ittri ċċitati iktar ’il fuq, tal-14 u l-21 ta’ Frar 2017, għandha tiġi annullata, peress li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ interpretazzjoni: 1o) ta’ dispożizzjonijiet li jagħtuha kompetenzi fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-MSS; 2o) tal-portata tal-obbligi tagħha li tiżgura l-osservanza sħiħa tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi li huma applikabbli f’dan il-każ; 3o) tal-obbligi tagħha sabiex tipprevjeni kull diverġena bejn id-deċiżjonijiet adottati mill-Istati Membri u li tiżgura li s-suq intern tal-MSS pan-Ewropej jiżgura konnettività universali ma jiġix frammentat; u 4o) il-portata tal-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni leali sabiex jiġu mgħejjuna l-Istati Membri fl-eżerċizzju tal-missjonijiet li jirriżultaw mit-trattati.
Full & Egal Universal Law Academy