19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/43
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-247/17)
(2017/C 195/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent;
—
tadotta, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, u b’mod partikolari
—
tagħmel mistoqsijiet lill-Kunsill;
—
tistieden lill-Kunsill jikkomunika l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ osservazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm dwar ċerti aspetti tal-kawża;
—
titlob informazzjoni jew kjarifiki mingħand il-Kunsill u mingħand terzi, fosthom il-Kummissjoni, l-EADS u l-Ukraina;
—
titlob li jiġu ppreżentati dokumenti jew provi marbuta mal-kawża;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet fundamentali
Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-ksur tal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, huwa jinvoka n-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi imposti.
2.
It-tieni motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni
Full & Egal Universal Law Academy