19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/43
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – avanti vs EUIPO (avanti)
(Kawża T-250/17)
(2017/C 195/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: avanti GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bahmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “avanti” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 646 038
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 801/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni quddiem l-EUIPO fis-6 ta’ Ottubru 2015 bin-numru 14 646 038 u tippubblika t-trade mark sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy