3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/34
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2017 – Labiri vs KESE
(Kawża T-256/17)
(2017/C 213/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ma jimplementax b’bona fide l-punt 3 tal-ftehim bonarju konkluż bejn il-partijiet, hija annullata;
—
il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 250 000;
—
il-konvenut huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, li biha l-konvenut huwa fl-impossibbiltà li jimplementa ftehim sottoskritt fil-kuntest ta’ ftehim bonarju konkluż fil-Kawża F-33/15, Labiri vs KESE, tikkostitwixxi nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Tali astensjoni illegali li jimplementa l-ftehim hekk konkluż tikkostitwixxi, barra minn hekk, ksur tad-dmir ta’ premura fir-rigward tar-rikorrent, tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, tal-prinċipji ta’ implementazzjoni bona fide tal-ftehimiet maqbula b’mod volontarju bejn il-partijiet kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ dmir ta’ assistenza li jirriżulta mill-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, li jikkonsisti b’mod iktar preċiż f’użu ħażin tal-proċedura, sa fejn il-konvenut qatt ma kellu l-intenzjoni li jimplementa fedelment il-ftehim konkluż bejn il-partijiet u ffirma dan tal-aħħar biss sabiex jikseb ir-rinunzja għall-atti tiegħu fil-Kawża F-33/15.
Full & Egal Universal Law Academy