3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/35
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – Arbuzov vs Il-Kunsill
(Kawża T-258/17)
(2017/C 213/47)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Arbuzov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 du 3 mars 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna sa fejn din tirrigwarda lil Sergej Arbuzov;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tiegħu stess u għal dawk sostnuti minn Sergej Arbuzov.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba
—
ir-rikorrent jiġġustifika r-rikors tiegħu, fost oħrajn, mill-fatt li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, meta adotta d-deċiżjoni (PESK) 2017/381, ma eżerċitax id-diliġenza meħtieġa, peress li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma eżaminax l-affermazzjonijiet u lanqas il-provi mressqa mir-rikorrent, li jaħdmu favur dan tal-aħħar, u dan essenzjalment ibbaża ruħu fuq is-sommarju tal-prokuratur ġenerali tal-Ukrajna u ma talab ebda informazzjoni kumplimentari dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukrajna.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet li ġew adottati fil-konfront tiegħu huma sproporzjonati, inutli u jiksru l-garanziji internazzjonali relattivi għall-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy