10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/34
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN PULSE)
(Kawża T-260/17)
(2017/C 221/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: The Bank of New York Mellon Corp. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u K. Schlüter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nixen Partners (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “NEXEN PULSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 374 194
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1571/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, inklużi l-ispejjeż neċessarji kollha tar-rikorrent f’dawn il-proċedimenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy