10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/34
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Bayer vs EUIPO – UNI – Pharma (SALOSPIR)
(Kawża T-261/17)
(2017/C 221/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: UNI – Pharma Kleon Tsetis Pharmaceutical Laboratories Industrial and Commercial SA (Kifisia, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “SALOSPIR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 351 458
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2444/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Uni-Pharma, jekk din tal-aħħar tuża d-dritt tagħha li tintervjeni fil-proċedura, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy