24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/47
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2017 – Metrans vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawża T-262/17)
(2017/C 239/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Metrans a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: A. Schwarz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
Talbiet
—
tannulla b’effett immedjat l-entrata bil-kodiċi 2015-CZ-TM-0330-M, intitolata “Multimodal Container Terminal Paskov, Phase III”, kif ukoll l-entrata bil-kodiċi 2015-CZ-TM-0406-W, intitolata “Intermodal Terminal Melnik, Phases 2 and 3”, fl-anness tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-UE fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) – Settur tat-trasport wara s-sejħa għal proposti tal-5 ta’ Novembru 2015 fuq il-bażi tal-programm ta’ ħidma pluriannwali;
—
tannulla jew, sussidjarjament, tiddikjara li l-ftehim ta’ sussidjar taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) – Settur tat-Trasport Nru INEA/CEF/TRAN/M2015/1133813 konkluż bejn l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u Advanced World Transport a.s. (AWT) (li jirrigwarda l-Azzjoni 2015-CZ-TM-0330-M intitolata “Multimodal Container Terminal Paskov”) huwa null u tikkundanna l-INEA sabiex tittermina l-imsemmi ftehim ta’ sussidjar għal dak li jirrigwarda Paskov;
—
tannulla jew, sussidjarjament, tiddikjara li l-ftehim ta’ sussidjar taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) – Settur tat-Trasport Nru INEA/CEF/TRAN/M2015/1138714 konkluż bejn l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u České přístavy, a.s. (portijiet Ċeki) (li jirrigwarda l-Azzjoni 2015-CZ-TM-0406-W intitolata “Intermodal Terminal Melnik, Phases 2 and 3”) huwa null u tikkundanna l-INEA sabiex tittermina l-imsemmi ftehim ta’ sussidjar għal dak li jirrigwarda Melnik;
—
tikkundanna lill-INEA u lill-Kummissjoni għall-ħlas in solidum tal-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata tikser il-prinċipji fundamentali tat-Trattati tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tas-suq liberu u tal-kompetizzjoni libera fis-suq intern.
—
Ir-rikorrenti ssostni, fost affarijiet oħrajn, li l-istabbiliment u l-garanzija tal-funzjonament tas-suq intern huma prinċipji u obbligi fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (Artikolu 26 TFUE). Kull miżura adottata mill-Unjoni għandha dejjem tkun konformi ma’ dan il-prinċipju fundamentali u kull miżura li tmur kontrih għandha dejjem tiġi adottata b’mod proporzjonat u sussidjarju.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata tikser l-Artikolu 93 TFUE u artikoli oħra tat-TFUE (Artikoli 3, 26, 93, 107, 119, 170(2), 171(1), il-Protokoll 8 u l-Artikolu 1 tiegħu, il-Protokoll 27).
—
Ir-rikorrenti ssostni, fost affarijiet oħrajn, li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna li ma tissodisfax in-neċessità ta’ koordinazzjoni tat-trasport.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata tikser ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u l-liġijiet anċillari.
—
Ir-rikorrenti ssostni, fost affarijiet oħrajn, li l-għoti ta’ sussidji ma osservax il-kundizzjonijiet preliminari kollha (anki jekk kien konformi ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni) u għalhekk is-sussidji ma kellhomx jingħataw.
Full & Egal Universal Law Academy