26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/27
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2017 – Kwizda Holding vs EUIPO – Dermapharm (UROAKUT)
(Kawża T-266/17)
(2017/C 202/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kwizda Holding GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Wiltschek, D. Plasser u K. Majchrzak, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dermapharm GmbH (Vjenna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “UROAKUT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 854 146
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1221/2016-4
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors u temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li tiġi miċħuda l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 854 146“UROAKUT”; sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy