17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/34
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale
(Kawża T-271/17)
(2017/C 231/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clean Sky 2 Joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u M. Velardo, lawyer)
Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)
Talbiet
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 189 128,26 fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 632456 dwar il-proġett intitolat “WITTINESS-WindTunnel Tests on an Innovative regional A/C for Noise assessment”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 979,32 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mis-7 ta’ Frar 2017 u l-1 ta’ April 2017;
—
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 18,14 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:
Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett WITTINESS billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.
Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.
Konsegwentement, ir-rikorrenti rrexxindiet il-Ftehim ta’ għajnuna abbażi tal-Artikolu II.38 tal-Anness II tal-istess ftehim u ħarġet nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 189 128,26 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-finanzjament bil-quddiem jibqa’ proprjetà tar-rikorrenti sal-ħlas finali.
Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.
Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.
Full & Egal Universal Law Academy