17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/35
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Webgarden vs EUIPO (Dating Bracelet)
(Kawża T-272/17)
(2017/C 231/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Webgarden Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Jambrik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Dating Bracelet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 450 019
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-01/03/2017 fil-Każ R 0658/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 20 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
—
Ksur tal-Artikolu 21(1) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Full & Egal Universal Law Academy