10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/35
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-273/17)
(2017/C 221/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Schaerbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: N. De Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara u tiddeċiedi li d-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2016 tal-PMO li tiffissa d-drittijiet individwali tiegħu meta daħal jaħdem fis-servizz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), inkwantu hija tirrifjuta fil-konfront tiegħu l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ 16 % bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u, konsegwentement, timplika l-assenza ta’ għoti tad-drittijiet relatati magħha, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar hija annullata;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-diskussjonijiet u tan-negozjati marbuta mal-perijodu li jippreċedi r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’mod partikolari, fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali tar-rikorrent kif ukoll tad-drittijiet kweżiti minn dan tal-aħħar, minħabba l-analiżi f’daqqa waħda differenti tal-fajl tiegħu ta’ drittijiet individwali.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-kuntratt għal żmien determinat irregolat mil-liġi Belġjana invokat mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l-istabbiliment tar-residenza tar-rikorrent fil-Belġju waqt impjieg tiegħu ma’ persuna privata li timpjega. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.
—
l-ewwel parti, ibbażata fuq l-użu ħażin ta’ poter u l-abbuż ta’ poter li l-Kummissjoni allegatament wettqet billi eskludiet kull rabta ta’ subordinazzjoni li hija kellha fil-konfront tar-rikorrent matul il-perijodu ta’ impjieg bħala impjegat għal żmien determinat sabiex tiġġustifika lilha nnifisha fir-rigward tal-eżistenza ta’ impjieg favur organizzazzjoni internazzjonali li bħala prinċipju għandha tirrinvija l-analiżi tal-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
it-tieni parti, ibbażata fuq l-iżball ta’ liġi, il-ksur tad-dispożizzjonijiet legali Belġjani fil-qasam ta’ kuntratti għal żmien determinat kif ukoll fuq użu ħażin tal-liġi, allegatament imwettqa mill-Kummissjoni;
—
it-tielet parti, ibbażata fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy