3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/35
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Ogrodnik vs EUIPO – Aviario Tropical (Tropical)
(Kawża T-276/17)
(2017/C 213/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tadeusz Ogrodnik (Chorzów, il-Polonja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aviario Tropical, SA (Loures, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “Tropical” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 435 773
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2125/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-appell ippreżentat minn Aviário Tropical, SA, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut tal-15 ta’ Lulju 2013 fil-Każ 6029 C;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Aviário Tropical, SA, fil-każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy