3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/36
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN)
(Kawża T-278/17)
(2017/C 213/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Bank of New York Mellon Corp. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u K. Schlüter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nixen Partners (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NEXEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 374 152
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1571/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-23 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1570/2016-2 u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura kif ukoll għal dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, inklużi l-ispejjeż kollha neċessarji tar-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy