3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/37
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – Hermann Bock vs EUIPO (Push and Ready)
(Kawża T-279/17)
(2017/C 213/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hermann Bock GmbH (Verl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Maaßen u V. Schoene, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Push and Ready” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 758 205
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1279/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, innotifikata fl-1 ta’ Marzu 2017, li biha l-Bord tal-Appell ikkonferma li t-trade mark figurattiva Nru 14758205 ma tistax tiġi rreġistrata, u tirrinvija l-kawża quddiem l-Uffiċċju għal eżami mill-ġdid.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy