21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/46
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 – UI (*1) vs Il-Kunsill
(Kawża T-282/17)
(2017/C 277/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UI (*1) (rappreżentant: J. Diaz Cordova, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tordna lill-konvenut jaħtar lir-rikorrent b’mod definittiv fil-post AST/SC 2 fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (DG A3).
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jikkontesta, essenzjalment, il-legalità tal-proċeduri li, skont ir-rikorrent, wasslu sabiex b’mod żbaljat ma jiġix maħtur b’mod definittiv fil-post ikkonċernat. Ir-rikorrent jirreferi, b’mod partikolari, għall-ħolqien mill-konvenut ta’ dokument supplimentari li, skont ir-rikorrent, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tiegħu, peress li ġie sottomess ħafna wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova tiegħu. Ir-rikorrent isostni li l-konvenut kiser ċerti drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għal ħajja privata, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-dritt tiegħu li jagħmel ilment, meta evalwa l-każ tar-rikorrent.
(*1) Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
Full & Egal Universal Law Academy