17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/35
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – SH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-283/17)
(2017/C 231/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: SH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat,
konsegwentement,
—
tikkonstata l-illegalità tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (iktar ’il quddiem “il-PMO”) u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad b’mod espliċitu l-ilment li jġib id-data tat-3 ta’ Frar 2017;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016, sa fejn hija bbażata fuq l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal li jikser il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u/jew fuq it-twelid, il-prinċipju ta’ ugwaljanza, id-dritt għall-edukazzjoni, il-protezzjoni tal-interessi tat-tfal, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ leġittimità ta’ kwalunkwe deroga mid-drittijiet stabbiliti bil-Karta.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn id-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 hija bbażata fuq dispożizzjoni illegali tar-Regolamenti tal-Persunal.
Full & Egal Universal Law Academy